Consecration Prayer to the Divine Heart of God the Father in Maltese

By None

Below you can find the consecration prayer to the Divine Heart of God the Father (shown above) translated into the Maltese language. The translation was done by Joanne Micallef, M.A. (Trans.). The Maltese translation of the prayer is also available for download from here: Consecration to the Divine Heart in Maltese.

Il-Qalb Divina t’Alla l-Missier Tħaddan il-Qlub Kollha – Imħabba Infinita

Missier li Inti fis-Smewwiet, għajn tal-Ħajja, l-Imħabba u l-Ferħ Etern. Inti tajtna r-rigal prezzjuż tal-ħajja nfisha. NitolbuK bil-ħniena, Missier li Inti fis-Smewwiet, tħallina qatt nieħdu dan ir-rigal bħala dritt tagħna. Aktar minn hekk, Inti sejjaħtilna għall-qdusija. Sejjaħtilna biex nieħdu sehem fil-ħajja tal-Familja Divina TiegħeK bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu. Aħna nitolbuK li, fil-Benefiċenza TiegħeK, tagħtina l-grazzji kollha meħtieġa biex ngħixu skont ir-Rieda Divina TiegħeK u noffruleK f’kull ħin u f’kull mument, il-milja tal-gratitudni tagħna, il-qima tagħna, ir-radd il-ħajr u s-suppliki tagħna. Aħna nikkonsagraw rwieħna formalment LileK bħala wlied ħaljin li qed nirritornaw għand il-Missier Li jħobbna. Aċċettana, poġġi dijadema rjali fuq subgħajna. Libbisna lbies irjali vjola u ħejjijna għall-festa, għall-pranzu, li Inti ħejjejt għall-ulied fidili kollha tiegħeK. Amen.